u s-setgħa tiegħek ixandru

 

L-Uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 23 ta’ April 2023.

Salm 144 (145)

(I)

Tifħir lill-kobor ta’ Alla
Ġust int, Mulej, int li hu u li kien. (Apok 16:5) 

Ħa nkabbrek, Alla tiegħi, sultan, *
u nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem.
Kuljum irrid inbierkek, *
u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem. 

Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru bil-bosta, *
bla tarf il-kobor tiegħu.
Nisel lil nisel isebbaħ għemilek, *
u s-setgħa tiegħek ixandru. 

Il-ġmiel u l-kobor tas-sebħ tiegħek iħabbru, *
u fuq l-għeġubijiet tiegħek jitħaddtu.
Il-qawwa tal-għemejjel tiegħek tal-biża’ jxandru; *
u jien fuq l-għemejjel kbar tiegħek nitħaddet.
It-tjubija tiegħek bla qjies ifakkru, *
jgħajtu bil-ferħ minħabba l-ġustizzja tiegħek. 

Twajjeb u ħanin il-Mulej, *
idum biex jagħdab u kollu tjieba.
Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej, *
tjubitu fuq kulma għamel. 

Glorja.

Ant. 1: Hallelujah, il-ġebla kienet imressqa fil-ġenb mid-daħla tal-qabar, hallelujah.

Ant. 2: Hallelujah, lil min qiegħda tfittex, mara? Lil dak li hu ħaj fost il-mejtin, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/