u skond it-tjubija li hemm fija

 

Talb ta’ nofs il-jum, it-Tnejn 29 ta’ Lulju 2024
Salm 7

(I)
Talb tal-ġust imħabbat mill-għadu
L-imħallef qiegħed hawn, quddiem il-bieb. (Ġak 5:9) 

Mulej, Alla tiegħi, fik il-kenn tiegħi; *
salvani minn kull min iħabbatni, u eħlisni,
li ma jaħtfunix bħal iljun u jqattgħuni, *
u ma jkunx hemm min jeħlisni. 

Mulej, Alla tiegħi, jekk dan jien għamilt, *
jekk ħatja ta’ xi ħażen huma jdejja,
jekk b’deni għall-ġid ħallast lil ħabibi, *
jew għal xejn b’xejn ħarbatt l-għadu tiegħi,
ħa jqum il-għadu kontrija u jirbaħni, †
mal-art taħt riġlejh jitfagħni, *
u ġieħi fit-trab ikasbarli. 

Qum, Mulej, bil-qilla tiegħek, †
ieqaf kontra s-saħħa tal-għedewwa tiegħi; *
stenbaħ, u agħmilli l-ħaqq li int ordnajt.
Ħa jinġemgħu l-ġnus madwarek: *
fuqhom int toqgħod fil-għoli. 

Mulej, int li tagħmel ħaqq mill-popli, †
agħmel ħaqq minni, Mulej, skond is-sewwa tiegħi *
u skond it-tjubija li hemm fija.
Ħa jintemm il-ħażen tal-ħżiena, *
u jitwettaq il-bniedem sewwa.
Int li tgħarbel il-moħħ u l-qalb, *
int Alla ġust. 

Glorja.

Ant. 2: Iqum il-Mulej biex jagħmel ħaqq mill-popli bis-sewwa.

Ant. 3: Alla mħallef ġust u qawwi, li jsalva ’l min hu qalbu safja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar