u tagħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla

 


L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu 2023.

Salm 68 (69):2-22,30-37

(III)

Imma jiena msejken u batut; *
terfagħni, o Alla, is-salvazzjoni tiegħek!
Infaħħar l-isem ta’ Alla bl-għana, *
inkabbru b’għana ta’ radd il-ħajr.
Dan jogħġob lill-Mulej
aktar minn offerta ta’ gendus, *
jew ta’ barri fl-aqwa tiegħu. 

Hekk jaraw l-imsejkna u jifirħu; *
u tagħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla.
Għax jisma’ l-fqajrin il-Mulej, *
ma jistmellx l-imjassrin tiegħu.
Ifaħħruh is-sema u l-art, *
l-ibħra u kulma jitħarrek fihom. 

Għax Alla jsalva ’l Sijon, †
u jibni l-bliet ta’ Ġuda; *
u huma jerġgħu lura u jgħammru fiha.
Jirtuha wlied il-qaddejja tiegħu; *
dawk li jħobbu lil ismu joqogħdu fiha. 

Glorja.

Ant. 3: Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/