frott

“Artna tagħti l-frott tagħha” (Salm 84)

 

SALM RESPONSORJALI
Salm 84 (85), 9ab-10. 11-12. 13-14

R/. (8): Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek, u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Ħa nisma’ xi jgħid Alla;
il-Mulej is-sliem ixandar.
Qrib hi tassew is-salvazzjoni tiegħu
għal dawk li jibżgħu minnu,
biex jgħammar is-sebħ f’artna. R/.

It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu,
il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu.
Il-fedeltà mill-art tinbet,
u l-ġustizzja mis-sema tixref. R/.

Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu,
u artna tagħti l-frott tagħha.
Il-ġustizzja quddiemu timxi,
u s-sliem fuq il-passi tiegħu. R/.