Warrab minni l-għajb li nibża’ minnu

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 28 ta’ Ottubru 2023.

Salm 118 (119):33-40

V (He) 

Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek; *
jiena rrid nibqa’ fiha sal-aħħar.
Fehemni biex inħares il-liġi tiegħek *
u nagħmilha b’qalbi kollha. 

Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek, *
għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi.
Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek, *
u mhux lejn ir-regħba. 

Tħallix lill-għajnejja jħarsu lejn il-frugħa; *
agħtini l-ħajja bil-kelma tiegħek.
Żomm il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek, *
li int għamilt ma’ dawk li jibżgħu minnek. 

Warrab minni l-għajb li nibża’ minnu, *
għax tajbin huma d-digrieti tiegħek.
Ara kif jiena mxennaq għall-preċetti tiegħek; *
fil-ġustizzja tiegħek agħtini l-ħajja. 

Glorja.

Ant. 1: Mexxini, Mulej, mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek.

Ant. 2: Min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/