Ġej, fi ħdanek, Mulej, biex twennisni;
La int miegħi m’għandix għaliex nibża’,
Smajt il-leħen ta’ Sidi jsejjaħli
U ġejt niġri ġol-maqdes għal ħdejh.
Jiena fraħt, o Mulej, xħin qaluli:
“Ejja mmorru fid-dar tal-Mulej”,
Tkellem mela, Mulej, jien nisimgħek;
Inti Sidi u jien il-qaddej.
Tkun imfaħħar, Mulej issa u dejjem,
Minn fejn titla’ sa tinżel ix-xemx;
Idek, Alla, tkun dejjem fuq niesek;
Ma rridux naħarbulek, Mulej.
Ġejt jien nadurak, Mulej. x2
Ġejt jien nadurak bil-qima
Ġejt jien nadurak, Mulej. x2
Fittixtek mimli biża’,
Weġibtni kollok ferħ
Mid-dwejjaq tiegħi ħlistni,
Dewwaqtni int is-serħ
Int l-għajta tiegħi smajtha,
Ilqajtha Int bil-qalb
Ġejt jien nadurak, Mulej.
Ġejt mis-sema f’din l-art, o Bin Alla,
Biex tifdina mill-jasar tad-dnub;
Ġejt f’suritna biex tbati għalina,
Biex f’din qalbek tiġborhom il-qlub.
Qalb ta’ Alla li ħalaq l-imħabba,
Qalb ta’ bniedem li tħoss għall-bnedmin
Tixgħel dejjem ġo sidrek imħeġġeġ
Biex tarana fi mħabbtek henjin.
Rit:
Xerred fuqna minn qalbek ħanina
Ġid mis-sema kif dejjem xerridt
Fuq min ħabbek u talbek
Bil-ħniena
L-isbaħ grazzji li int wegħidt.
Fik il-ħniena, l-imħabba u l-faraġ
Tal-qlub kollha, tal-kbar u ċ-ċkejknin;
Fik il-maħfra, Ġesù għal min dineb,
Il-kenn ħelu tal-qlub maħqurin.
Fik il-qawwa tal-martri rebbieħa
F’għoxrin seklu msoqqija bid-demm,
Fik il-fidi tal-qlub qalbiena
Baqgħet sħiħa u qatt ma tintemm. Rit:
Ġesù, Ġesù, għalija Int
Id-dawl, it-triq, il-ħajja, il-ġieħ
Mingħajrek jien ma jiena xejn
U Miegħek jien sultan rebbieħ.
O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
Int tħobb, Ġesù, b’nirien hekk kbar
Li ssib l-għaxqiet fost il-bnedmin,
L-għaxqiet ħelwin li jżommuk fl-art,
Bħal fost l-ulied missier ħanin.
O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
“Ejjew ilkoll, o għajjenin”
Tistieden Int lil dawn l-ulied.
“Jien għandi s-serħ li nqassmu b’xejn,
Li bih l-imrar isir ħlewwiet”.
O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
U tmantni wkoll lil dawn l-għeżież
Bil-ġisem stess u d-demm divin
Biex jgħixu Bik u żgur tarahom
Fis-sebħ etern bla qies henjin.
O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
Kif nista’ qatt, għalhekk, Ġesù,
Kemm tistħoqq int, nagħtik tifħir?
Li kelli wkoll tal-anġli l-qlub,
Bla qies ikun għajjien u fqir.
O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
Lift up your heads, to the coming king
Bow before him and adore him sing
To his majesty, let your praises be
Pure and holy giving glory
To the King of kings.
Ersaq qrib lejja
Żommli jdejja
Għannaqni miegħek o Mulej
Qalbi ħerqana għalik o Mulej
Ressaqni qrib tiegħek
Għalik irrid ngħix.
Ubi caritas, et amor.
Ubi caritas, Deus ibi est.
Draw me to your presence oh Lord
Bring me into that Holy place
So I may see your glory
The beauty of your face.
Draw me to your presence oh Lord
Bring me into that Holy place
We bow down before your throne
In this Holy place.
Ref:
One thing I ask of you oh Lord
The desire of my heart
That I may live in your temple
Oh Lord
From this day forth.
Draw me close to you,
Never let me go
I lay it all down again,,
To hear you say that I’m your friend
You are my desire,
No one else will do ’cause nothing else
Could take your place
To feel the warmth of your embrace
Help me find the way,
Bring me back to you.
Ref:
You’re all I want
You’re all I’ve ever needed
You’re all I want
Help me know you are near.
Rit:
Duqu u taraw kemm hu ħelu l-Mulej
Fuqu ippranzaw l-aqwa ikel ħudu b’xejn
Duqu u taraw kemm hu ħelu l-Mulej
Kulu minn dal-ħobż
Li mis-sema dejjem ġej.
Jissodisfa lir-ruħ
Minn kwalunkwè forma ta’ ġuħ
Jagħti paċi lill-qalb
Bi tweġiba għal kull sejħa ta’ talb. Rit:
Jitfa’ ġo ħalqna il-kliem
Li jwassluna biex inxerrdu s-sliem
Jimla bil-ħajja l-għajnejn
Ħalli jiddu bid-dawl tal-Mulej. Rit:
Jeqred ġo fina d-dnub
U bi grazzja jimlielna l-qlub
Jeħles lil min hu marid
Jagħti s-saħħa lil kull min irid. Rit: