Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
Ħu din il-qalb tagħna kollha għalik;
U bis-seba’ doni, li fiha nissilt,
Int għallimha tħobb, kif ħabbejtha int.
Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
U dan il-moħħ tagħna ħudu għalik;
Ħalli naħdnu t-tajjeb, u nwarrbu l-ħażin,
Hekk inkunu lkoll, l-għeżeż maħbubin.
Rit:
Spirtu qaddis, ħeġġeġ lil qalbi
Spirtu qaddis, dawwal lil moħħi,
Spirtu qaddis, naddafli fommi,
Naddafli fommi,
Naddafli fommi mit-tinġis.
Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
Ħu dan il-fomm tagħna, imlieh b’tifħir;
Għinu jgħid is-sewwa,
Jitrawwem fis-skiet,
B’hekk biss jista’ jduq,
Il-wens tas-smewwiet.
Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
U f’familja waħda għaqqadna lkoll;
Fejn hemm tnejn jew tlieta,
F’ismek miġburin,
Magħhom tkun mal-lejl,
Bi nhar u kull ħin. Rit:
Erfa’ għajnejk, ġej Ġesù l-Mulej
Mil quddiemu, lilu qimu, lill-Feddej
Lil Sultan hekk kbir, għanni kull tifħir
Agħti glorja, safja w għolja
Lir-Re tar-rejiet.
Rit:
Tagħtini ferħ li ma jitfissirx
Dan li rrid, dan li rrid
Tassew kbir, ma tinbidilx
Tibqa’ hekk sħiħ, tibqa’ hekk sħiħ.
Jekk il-ħajja bħall-ilma,
Jien art niexfa nkun
Jekk hi mixja twila, anqas bdejt inqum
Jekk hi dawl dejjiemi,
Nara hawn biss id-dlam
Sakemm iltqajt miegħek,
Alla kbir setgħan. Rit:
Jekk il-ħajja hi ġlieda,
Miegħek nirbaħ żgur
Jekk hi ritmu qawwi, ħajti żifna tkun
Jekk hi festa kbira, f’qalbi tnissel ferħ
Meta ltqajt miegħek,
Sibt kull hena u serħ. Rit:
Meta mkisser, fik kollox sħiħ
Int kulma rrid, kulma rrid
Imħabbtek tqawwi, kull telqa tfieq
Fik jien sħiħ! Rit:
Int dawl il-ġnus, inżilt hawn ġejt fostna
Dawwal għajnejja biex fik
Ħajti li inti fawwart bi sbuħitek
Qima mill-qalb ġejt nagħtik.
Rit:
Hawn ġejt biex inqimek
Hawn immil quddiemek
Hawn irrid nistqarr li int il-Mulej
Int turini ġmielek
Mogħni bi sbuħitek
Int għalija ġawhra tul iż-żmien.
Re ta’ kull żmien, ogħla ’l fuq bil-qima
Ifrex idejk mis-smewwiet
Fostna inżilt fuq din l-art, xogħol għemilek
Fi mħabbtek għalina ċċekkint. Rit:
Kif nista’ nqis dak li int ħallast
Ħtijieti ħadt fuq is-salib. x2 Rit:
Light of the world
You stepped down into darkness
Opened my eyes, let me see
Beauty that made this heart adore You
Hope of a life spent with You.
Ref:
Here I am to worship
Here I am to bow down
Here I am to say that
You’re my God
You’re altogether lovely
Altogether worthy
Altogether wonderful to me.
King of all days, oh so highly exalted
Glorious in heaven above
Humbly You came to the earth You created
All for love’s sake became poor. Ref:
I’ll never know how much it cost
To see my sin upon the cross. x4 Ref:
Dawru l-ħarsa ta’ qalbkom
F’ Ġesù ħa jissammru l-għajnejn
U t-tlellix tal-art donnu jidher dlam
Meta ħdejh jiddi d-dawl tal-Mulej.
Ref:
Create in me a clean heart, oh God
And renew a right spirit within me. x2
Cast me not away
From thy presence oh Lord
Take not thy Holy Spirit from me
Restore unto me, the joy of thy salvation
And renew a right spirit within me.
Dal-misteru, għarkopptejna,
Ejjew mela naduraw
U quddiem ir-riti ġodda
Suriet qodma jispiċċaw;
Bit-twemmin ġo qalbna nħossu
Dak li s-sensi le jaraw.
Lill-Missier inroddu, u ’l Iben
B’qalbna kollha kull tifħir,
Lejhom mat-tberik ta’ qalbna,
Imħabbitna ’l fuq ittir;
Lill-Ispirtu li ġej minnhom
Ħajr ukoll, xejn inqas kbir. Ammen.
Ma nafx infisser dak li nħoss
Din ħolma jew realtà?
Fl-aħħar miexi f’din it-triq
Tagħtini libertà.
Inħossni nerġa’ ngħix mill-ġdid
Issa li fik intlaqt
Xejn ma jbiddel dak li rrid
Fik sibt dak li xtaqt.
Rit:
B’qalbi kollha nħobbok
B’ruħi kollha nafda fik
B’saħħti kollha nibqa’ ħdejk
Irrid li ngħix għalik. x2
Spiss nistaqsi, int min int?
Min jien biex ngħid li nafek?
Quddiemek tant mifxul
Inti kbir, ma nafx xi ngħidlek.
Fi mħabbtek lili ħlaqt
Biex ħajtek taqsam miegħi
Dak kollu li int, int
Issa se jkun tiegħi. Rit:
B’qalbi kollha… B’ruħi kollha…
B’saħħti kollha ngħix għalik…
Għalhekk. Rit:
B’qalbi kollha nafda fik
Irrid li dejjem ngħix għalik
This is the air I breathe x2
Your Holy presence, living in me.
This is my daily bread x2
Your very word, spoken to me.
Ref:
And I, I’m desperate for You
And I, I’m lost without You.