Varji

Isma’ Israel

Isma’ Israel Alla tagħna hu l-Mulej,
Alla tagħna Hu.
Isma’ Israel Alla tagħna hu l-Mulej,
Alla tagħna Hu.

Isma’ Israel il-Kelma tal-Mulej,
Kelmtu ma tmut qatt.
Isma’ Israel il-Kelma tal-Mulej,
Kelmtu ma tmut qatt.

Is-saltna tas-smewwiet

Rit:
Is-Saltna (is-Saltna)
Tas-sema (tas-sema)
Is-Saltna f’qalbna tinsab.
Ħolqien ġdid (Ħolqien ġdid)
Fi Kristu (fi Kristu)
Ħolqien ġdid
Fi Kristu flimkien.

Hienja huma dawk li jgħixu ta’ fqar
Għax tagħhom hi s-saltna tas-sliem.
Hienja huma dawk li jgħixu mnikktin
Għax huma għad jithennew. Rit:

Hienja huma dawk li umli fil-qalb
Għax huma għad jirtu l-art.
Hienja huma dawk għatxana għall-ħaqq
Għax huma jkunu mxebbgħin. Rit:

Hienja huma dawk li jħennu bil-qalb
Għax huma jsibu l-ħniena.
Hienja huma dawk li safja fil-qalb
Għax huma għad jaraw ’l Alla l-ħaj. Rit:

Hienja huma dawk li jġibu s-sliem
Għax Hu jsejħilhom ulied.
Hienja huma dawk li jbatu għal Ġesù
Għax ħlashom kbir fis-smewwiet. Rit:

iż-żifna tal-paċi

Il-paċi għandha żifna
Ma jiżfinhiex kulħadd;
Ippruvaw il-kbar, ippruvaw iż-żgħar
L-għorrief ma waslu qatt
U lili ġew staqsewni:
“Għaliex fil-qalb m’hemmx sliem?”
Għax dik hi frott il-ġenna
U mhux tpaċpiċ u kliem.
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb.

U l-pass ta’ din iż-żifna
Tgħallmuh ħafna bnedmin;
Stennew għalxejn il-ferħ tal-art
Insew ’l Alla ħanin.
Għax tabilħaqq il-Paċi
Trid tiġi mis-smewwiet,
U bil-mod tiġi f’qalbek
U ddewqek il-ħlewwiet.
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb.

Jekk jitgerbu l-għoljiet

Rit:
Jekk jitgerbu l-għoljiet
U l-muntanja ssir trab
Imħabbet Alla żgur qatt ma tinħatt
Tibqa’ hemm għal kull min Isejjaħlu ħin xħin
Għannu s-sebħ u l-ġmiel tal-Mulej.

Jista’ qatt jiċħdek Alla,
Jista’ Alla jinsa jħobb
Forsi omm tinsa ’l binha
Żgur li Hu ma jinsiek qatt. Rit:

Jekk xi darba titilqu
Isejjaħlek hu mill-ġdid.
Jekk titbiegħed minn miegħu
Dejjem jibqa’ jistenniek. Rit:

Ersaq lejh xħin tħoss l-għejja
Hu jagħtik kuraġġ ta’ ljun.
Tibqa’ miexi bla tgħejja
Alla miegħek, hu jqawwik. Rit:

Kif hu wiegħed minn dejjem
Meta nfirxu l-ilmijiet
Ħu qatt m’hu ser jitilqek
Wegħedtu hu jtenni mill-ġdid. Rit:

Though the mountains may fall

Ref:
Though the mountains may fall
And the hills turn to dust
Yet the love of the Lord will stand
As a shelter for all.
Who will call on his name
Sing the praise
And the glory of God.

Could the Lord ever leave you
Could the Lord forget his love
Though a mother forsake her child
He will not abandon you. Ref:

Should you turn and forsake him
He will gently call your name
Should you wander away from him
He will always take you back. Ref:

As he swore to your fathers
When the flood destroyed the men
He will never forsake you
He will swear to you again. Ref:

Jekk trid timxi warajh

Rit:
Jekk trid timxi warajh
Ħalli ’l qraba u ’l tad-dar
Ħalli wrajk ix-xbieki
U d-dgħajjes fuq ix-xatt.
Ħalli ż-żrieragħ li int żrajt
Ħalli l-frott li int ħsadt
Ħalli ’l ħbiebek li int tgħożż
W imxi warajh.

L-ilpup għandhom l-għerien
U l-għasafar il-bejtiet
Imma bin il-bniedem
M’għandux post għall-kenn.
Ma jwegħedx ħajja komda
Ma joffrilekx il-ġid
Iżda fih tabilħaqq issib il-ferħ. Rit:

Jekk int timxi warajh
Ħalli t-toroq qodma warajk.
Erfa’ s-salib li jtik għal għonq it-triq.
Jekk tħossok taqta’ qalbek
Jew forsi xogħol għal xejn,
Il-Missier ikun fl-aħħar jistenniek. Rit:

Innu Malti

Lil din l-Art Ħelwa
L-Omm li tatna isimha
Ħares Mulej, kif dejjem Int ħarist
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.

Agħti kbir Alla
Id-dehen lil min jaħkimha
Rodd il-ħniena lis-sid
Saħħa lill-ħaddiem
Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.

Int Mulej ir-ragħaj tiegħi

Int Mulej ir-ragħaj tiegħi
Miegħek xejn ma jonqosni;
Tqegħidni fejn hemm il-ħdura,
Tqegħidni ħdejn l-ilma frisk
Biex trejjaqni u sserraħni,
Teħlisni mit-tiġrib.

Il-Kelma tiegħek

Il-kelma tiegħek hija dawl, Mulej x3
Il-kelma tiegħek hija dawl.

Rit:
Għaliex Int għalina l-ħajja
Għaliex Int għalina l-verità
Int turina t-triq u t-tama
U l-umiltà. x2

Il-kelma tiegħek hija ferħ, Mulej …..

Il-kelma tiegħek ta’ kuraġġ, Mulej …..

Imberkin dawk ir-riġlejn

Il-Mulej ħares mis-sema
U lemaħ l-għeżież uliedu
Idejh fetaħ u laqagħhom
Tahom rigal fil-ħajja tagħhom.
Intom li taħdmu għal Alla
Ħallilkom f’idejkom ġawhra
“Ibqgħu żommuha”, hu qalilkom
“Irridkom tiegħi”, Hu stqarrilkom.

Rit:
Imberkin dawk ir-riġlejn
Illi jxandru l-kelma t’Alla
Jissagrifikaw ħajjithom
Iwettqu l-Appostolat. x2

U matul dawn is-snin kollha
It-tagħlim tiegħu xerridtu
U f’dil-ħajja wrejtu s-sewwa
Imħabba, kuraġġ u ħlewwa.
Il-Mulej imliekom b’doni
Biex ixxerrdu l-Evanġelju
Ħabbkom u żgur jibqa’ jħobbkom
U fi mħabbtu jibqa’ jżommkom. Rit: