Varji

By your side

O dear God, we ask for your favour
Come and sweep through this place
O we desire You.
I just want to be with You
Be where You are
Dwell in your presence o God
O I want to walk with You.

Ref:
And I will climb this mountain
And I step off the shore
And I have chosen to follow
And be by your side forever more.

Tell me what you want me to do
Lord God
Tell me what you want for my life
It’s yours o God it’s yours
Do your will, have your way
Be Lord God in this place
O I want your will to be done.
Ref:

Better than life

Better than the richest of this world
Better than
The sound of my friends voices
Better than
The biggest dreams of my heart
And that’s just the start.
Better than getting what I say I need
Better than living the life that I want to
Better than
The love that anyone could give
Your love is.
You hold me now,
In your arms and never let me go.

Ref:
You oh Lord make the sun shine
And the moon light
In the night sky
You give me breath
And all your love
I give my heart to you because

I can’t stop falling in love with you
I’ll never stop falling in love with you

Bħalma habbejtkom jien

Mulej Ġesù, ħaruf divin,
Jien noffri lejk id-dlamijiet
Żommli jdejja biex nara t-triq,
Li twassal għand,
Għand l-imħabba tal-Missier.
Imħabbtek kullimkien,
B’għemilek u bil-kliem
Ngħixu lkoll fis-sliem, f’dal-ħolqien.

Rit:
Bħalma ħabbejtkom jien, il-Mulej, Għandkom tħobbu lil xulxin
Bħalma ħabbejtkom jien, il-Mulej, Għandkom tħobbu lil xulxin
Rodd dan il-kmandament, faħħar Lili f’kull mument
Ħa tkun dixxiplu tiegħi int.

Mulej Ġesù, jien nafda fik,
Imla dil-qalb bi mħabbtek int
Sawwab fuqi ilma frisk,
Fejqan sħiħ, xmara tfawwar mill-ġdid.
Imħabbtek kullimkien,
B’għemilek u bil-kliem
Ngħixu lkoll fis-sliem, f’dal-ħolqien. Rit:

Missier Sid tas-sema u tal-art
Imħabbtek ma tispiċċa qatt. Rit:

Alla Missier

Alla missier il-bnedmin kollha
Bħal aħwa ejjew inħobbu lilu,
Huwa biss fuq kulħadd.
Fuq il-ħajja, fuq ix-xemx, fuq il-ħolqien.
Iva, għaliex Alla hu mħabba bla qies.

Kull wieħed minna maħbub minn Alla
Għalhekk aħna ngħixu għal din l-imħabba
Li tgħaqqadna flimkien – ħaġa waħda
Mal-Missier u ma’ xulxin.
Iva, għaliex Alla imħabba bla qies.

Bħal aħwa ningħaqdu b’tama kbira fih.
Nibqgħu f’din il-għaqda
Ngħixu din l-imħabba.
Għaliex hu fuq kulħadd
Fuq il-ħajja, fuq ix-xemx, fuq il-ħolqien.
Iva, għaliex Alla hu mħabba bla qies.

Alla huwa mħabba u libertà
Alla huwa mħabba u verità
Alla huwa mħabba u unità
Aħna rridu ngħixu dan l-ideal
Qatt ma se nħallu dan l-ideal. Qatt.

Amen Alleluia

Ammen Alleluia, Ammen Alleluia,
Ammen Alleluia, Ammen Alleluia.

Alla hu d-dawl

Rit:
Alla hu d-dawl, Hu d-dawl
U s-salvazzjoni tiegħi x2

Ħa nidħlu bil-ferħ ħdejn Alla l-Missier
Li lilna jsejħilna ulied.
Ħa nidħlu bil-ferħ ma’ Kristu Ġesù
Għax b’dawlu jiksina hu ried.
Hu l-ferħ ta’ qlubna; Hu l-ferħ ta’ ruħna
U dawlu jfawwarna bil-hena. Rit:

Ħa nidħlu bil-ferħ
Biex nagħrfu mill-ġdid
Imħabbtu għalina l-bnedmin.
Ħa nidħlu bil-ferħ ma’ Kristu Ġesù
Marbuta ma’ qalbu henjin.
Hu r-re tal-glorja; Hu r-re tal-qawwa
Li jgħammar ġo dija li tgħammex. Rit:

Ħa nidħlu bil-ferħ għax konna msejħin
Biex ninżgħu għemejjel id-dlam.
Ħa nidħlu bil-ferħ nifirħu b’ Ġesù
Għax rebaħ lill-mewt u qam.
Hu d-dawl tad-dinja;
Hu d-dawl tal-bniedem
Li jinfed id-dalma tal-ħażen. Rit:

Agħtihom il-mistrieħ

Rit:
Agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem;
Fuqhom jiddi d-dawl ta’ dejjem.

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej:
Isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!
Ħa jkunu widnejk miftuħa,
Jien u nitolbok bil-ħniena. Rit:

Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej,
Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?
Imma għandek hemm il-maħfra,
Biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek. Rit:

Jien lill-Mulej nistenna,
Ruħi f’kelmtu tittama.
Tistenna ruħi lil Sidi,
Aktar milli l-għassiesa s-sebħ. Rit:

Aktar milli l-għassiesa s-sebħ,
Jistenna Israel lill-Mulej!
Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba,
U l-fidwa għandu bil-kotra. Rit:

Intom ix-Xhieda Tiegħi

Intom
ix-xhieda tiegħi,
jekk mal-poplu tistqarru min jien.

Intom
ix-xhieda tiegħi,
jien li nagħti il-veru ħelsien.

Intom
ix-xhieda tiegħi,
li nibgħatkom ilkoll kullimkien.

Ixhdu
għalija bla ebda mistħija,
li għadni is-Sid
tal-ħolqien.

Agħtu
dix-xhieda lil ħutkom mixtieqa,
li jagħrfu fis-sewwa
min jien.

Nibgħatkom
ġejt, igħid il-Mulej,

bħal
nagħaġ qalb miljuni ta’ lpup.

Morru
għidulhom li min jaċċettani,

minn lupu
jien nagħmlu ħaruf. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, għand min jien fdejt,

għal
min demmi kollu xerridt.

Morru
għidulhom li mxennaq għalihom,

ngħannaqhom
minn dejjem jien ridt. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, għax qatt ma nsejt,

lil ħafna
li telqu ’il bogħod.

Morru
għidulhom li lest li nilqagħhom,

u nerġa’
inqiegħdhom fis-sod. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, Jien hu l-Feddej,

nibgħatkom
fost ħafna eluf.

Morru
għidulhom kif lilhom salvajthom,

għax
ġejt biex insib il-mitluf. Rit.

Nibgħatkom
ġejt, għax irrid ngħid,

minn
fommok li nħobbhom tassew.

Morru
għidulhom bil-ħajja fissrulhom,

li jiena
irbaħt anki l-mewt. Rit.

Kollox Nagħtik Mulej

Ħu
Mulej dawn l-offerti,

dan
il-ħobż dana l-inbid.

Ħu
Mulej dak kollu l’għandna

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.

Ħu
dil-qalb li qed noffrulek

hi mimlija
ferħ u hemm

Noffri
wkoll il-ħajja tiegħi

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.

Kristu
stess li miet għalina

mis-salib
għalina lkoll

Ħobbu
lil xulxin bħal aħwa

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.

Ejjew mela
noffru qalbna

lill-Mulej
tas-sema w l-art

Ħu
Mulej dak kollu l’għandna

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.