Randan

Above all

Above all powers, above all kings
Above all nature and all created things
Above all wisdom
And all the ways of man
You were here before the world began.

Above all kingdoms, above all thrones
Above all wonders
The world has ever known
Above all wealth
And treasures of the earth
There’s no way to measure
What you’re worth.

Ref:
Crucified laid behind a stone
You lived to die rejected and alone
Like a rose trampled on the ground
You took the fall
And thought of me above all.

Fejn kont int?

Fejn kont int
Meta sallbu lil Ġesù?
Fejn kont int
Meta sallbu lil Ġesù?
O….! Nibki!
Dal-ħsieb iġegħelni nibki
Nibki, nibki!
Fejn kont int, meta sallbu lil Ġesù?

Fejn kont int, meta sammru lil Ġesù? …

Fejn kont int, meta difnu lil Ġesù? …

Fejn kont int, meta qatlu lil Ġesù? …

Ejjew nimlew il-ġarar

Rit:
Ejjew nimlew
Il-ġarar tagħna bl-ilma
Sabiex infuru bil-ħajja mill-ġdid
B’ħarsitna lejk
Biex nagħmlu kif tgħidilna
Ħajjitna ntuk
Biex int mill-ġdid tibdilha f’inbid

Battalna u żvojtana minna nfusna
’Tina l-qawwa
Biex inħobbu ’l xulxin
Ħalli noffru x-xejn tagħna
Biex dan l-ilma
Tibdilhulna f’inbid ġdid
Meta nagħmlu dak li trid. Rit:

Ħeġġeġ il-qlub tagħna
Għall-imħabba
U bil-qawwa tal-Ispirtu Qaddis
Inwasslu fost id-dinja din il-bxara
Illi Kristu huwa s-Sid
Li jferrgħalna dan l-inbid. Rit:

Ejjew nistqarruh

Rit:
Araw, araw, Ġesù hemm mislub
Għaliex qtilnieh lil min ħabbna
Ejjew nistqarruh.

Kull min jixtieq iġib il-ġid
Ibati ħafna jrid.
Għax mingħajr ħafna taħbit
Ma tagħmel xejn. Rit:

Ġesù hekk ra li kellu jkun
Għax ħabbar il-ħelsien
Aħna ntbaħna xħin qtilnieh
Li Hu l-Ħellies. Rit:

Jekk trid tistqarr li dal-mislub
Jeħtieġ li bħalu ssir.
Tħobb lil ħuk kif ħabbek hu
U bħalu tgħix. Rit:

Dawl il-gnus

Int dawl il-ġnus, inżilt hawn ġejt fostna
Dawwal għajnejja biex fik
Ħajti li inti fawwart bi sbuħitek
Qima mill-qalb ġejt nagħtik.

Rit:
Hawn ġejt biex inqimek
Hawn immil quddiemek
Hawn irrid nistqarr li int il-Mulej
Int turini ġmielek
Mogħni bi sbuħitek
Int għalija ġawhra tul iż-żmien.

Re ta’ kull żmien, ogħla ’l fuq bil-qima
Ifrex idejk mis-smewwiet
Fostna inżilt fuq din l-art, xogħol għemilek
Fi mħabbtek għalina ċċekkint. Rit:

Kif nista’ nqis dak li int ħallast
Ħtijieti ħadt fuq is-salib. x2 Rit:

Alla juri t-triq

Rit:
Alla juri t-triq,
fejn int tgħid li ma hemmx triq
Hu jaħdem b’mod li ma narawhx
Hu għalik ser jiftaħ triq
Hu l-gwida jkun,
Hu iżommok qribu żgur
B’imħabba w qawwa,
Għal kull jum Alla jwitti triq,
Alla jagħmel triq.

Minn mogħdija ġewwa x-xagħri
Hu jmexxini
Xmajjar fid-deżert ser nilmaħ jien
Jgħibu s-sema w l-art
Imm’ għal dejjem kelmtu ddum
Jagħmel Hu, ħaġa ġdida llum.