It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, it-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2024
Salm 149

Il-Hena tal-qaddisin
Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu. 

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa. 

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom; *
dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha. 

Glorja.

Ant. 3: Illum twildina tifel, u jsemmuh Alla l-qawwi, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar