L-uffiċċju tal-qari, it-Tnejn 30 ta’ Diċembru 2024
Salm 88 (89)
(II)
Dhert fl-imgħoddi lil ħbiebek u għedtilhom: * “Jien qegħedt il-kuruna fuq ras wieħed qalbieni; ħtart żagħżugħ * u għollejtu fuq il-poplu. Sibt ’il David, qaddej tiegħi, * biż-żejt imqaddes tiegħi dliktu; tkun idi dejjem miegħu, * u nsaħħu wkoll bi driegħi.
Ma jgħakksux l-għadu tiegħu; * ma jbaxxihx il-bniedem ħażin. Inxejjen quddiemu l-għedewwa tiegħu, * u nsawwat lil min jobogħdu. Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tjieba tiegħi; * b’ismi tissaħħaħ il-qawwa tiegħu. Is-setgħa ta’ jdejh nifrex fuq il-baħar; * fuq ix-xmajjar taħkem il-leminija tiegħu.
Hu jsejjaħli: Int missieri u Alla tiegħi, * fortizza u salvazzjoni tiegħi! U jiena nagħmlu l-iben il-kbir tiegħi, * l-ogħla fost is-slaten tal-art It-tjieba tiegħi fuqu nżommha għal dejjem, * u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ. Nagħmel li nislu jibqa’ għal dejjem; * it-tron tiegħu jkun bħall-jiem tas-sema.
Glorja.
Ant. 3: Hu jsejjaħli: Int missieri, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar