Kun tagħhom ir-Ragħaj
Għażiltek
u ħtartek għalija
U
mal-poplu tiegħi kun
Għażiltek
biex lilhom tmexxi
U
fil-mixja qrib tagħhom tkun
Ħudhom
f’mergħat kollha ħdura,
Fejn hemm
mistrieħ u sliem
Qalbhom
imkissra u mweġġgħa
Weħidhom,
bi spirtu għajjien
Irgħa
l-ħrief tiegħek, ħu ħsiebhom ilkoll
Dawk
qrib, sew dawk bogħod jeħtiġuk
Wasslilhom
il-Kelma li ’l qalbhom tmiss
Imxi
qabilhom u huma jsegwuk.
Kun
tagħhom ir-ragħaj!
Kun magħna
għax mitlufa nfittxu
Mexxina u
urina t-triq
Għax
dgħajfa sawwab fuqna żejt safi
Imlina
bl-Ispirtu, qalbna tfiq. Rit.
Kun
tagħhom ir-ragħaj!
Tagħhom
ir-ragħaj!
Kun
tagħhom ir-ragħaj!
Żminijiet: Ferja
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul