Bħala għajnuna għall-Ġimgħa Mqaddsa, it-tim ta’ beHOLD.mt u tal-Fondazzjoni Biblika Maltija ħdimna flimkien fuq adorazzjoni b’tema marbuta mal-Ġublew bit-titlu Factus Cibus Viatorum, u wkoll erba’ lectio divina qosra li jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-lejl ta’ Ħamix ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira filgħodu, partikolarment fil-viżti li tradizzjonalment isiru lil Ġesù Ewkaristija fil-knejjes:
- “Ċekken lilu nnifsu … u Alla għollieh” (Filippin 2, 5-11) – l-innu Kristoloġiku li jgħanni dwar Ġesù li xejjen lilu nnifsu għalina;
- “Intom issejħuli ‘l-Imgħallem’ u ‘il-Mulej’” (Ġwanni 13, 3-17) – Ġesù jaħsel riġlen id-dixxipli waqt l-aħħar ikla;
- L-Aġunija fil-Ġnien: Ġesù Jintelaq għar-Rieda tal-Missier (Luqa 22, 39-46) – ir-rakkont ta’ Ġesù jitlob fuq l-Għolja taż-Żebbuġ qabel il-passjoni;
- Immutu u Ngħixu fi Kristu (Rumani, 3-11) – San Pawl ifisser il-magħmudija f’termini tat-tisħib tagħna fil-mewt u l-qawmien ta’ Kristu.
Jalla dawn il-jiem qaddisa jkunu għalik mument li fih tieqaf u tgħix bis-serjetà l-esperjenza tal-Għid sabiex anke fik jiġġedded il-misteru tal-mewt u l-qawmien tal-Iben ta’ Alla magħmul laħan għalina.