għax kbir hu sebħ il-Mulej

 

L-għasar, it-Tlieta 19 ta’ Awwissu 2025s

Salm 137 (138)

Radd ta’ ħajr
Is-slaten tal-art iġibu t-teżori tagħhom lill-Belt il-qaddisa. (Apok 21:24) 

Inroddlok ħajr, Mulej, b’qalbi kollha, *
għaliex int smajt kliem fommi.
Quddiem l-allat irrid ngħannilek. *
B’wiċċi fl-art ninxteħet quddiem is-santwarju tiegħek,
u nroddlok ħajr għat-tjieba u l-fedeltà tiegħek, *
għax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox. 

Meta sejjaħtlek, int weġibtni, *
kattartli l-qawwa f’ruħi.
Iroddulek ħajr, Mulej, is-slaten kollha tal-art, *
għaliex semgħu l-kliem ta’ fommok.
U jgħannu l-imġiba tal-Mulej, *
għax kbir hu sebħ il-Mulej.
Kbir il-Mulej, imma jieħu ħsieb iż-żgħar; *
u, għalkemm fl-għoli, jagħraf mill-bogħod. 

Jekk insib ruħi fl-għali, *
int tħarisli ħajti;
terfa’ idek kontra l-għedewwa tiegħi, *
u l-leminija tiegħek issalvani mill-qilla tagħhom.
Il-Mulej iżomm kelmtu miegħi. †
It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem; *
la titlaqx għemil idejk! 

Glorja.

Ant. 2: Quddiem l-anġli rrid ngħannilek, Alla tiegħi.

Ant. 3: Il-Ħaruf li kien maqtul jistħoqqlu jirċievi l-glorja u t-tifħir.