Meta kienet tinkedd qalbi † u kont ninfena ġewwa fija, * kemm kont iblah, xejn ma fhimt, bħal bhima jien kont quddiemek.
Imma jiena dejjem miegħek; * inti żżommni minn idi l-leminija; skont il-ħsieb tiegħek tmexxini, * imbagħad fis-sebħ tilqagħni.
Lil min għandi fis-sema ħliefek? * Bik miegħi fuq l-art xejn ma jonqosni. Qegħdin jinfnew ġismi u qalbi; * Alla l-qawwa ta’ qalbi u sehmi għal dejjem.
Għax kull min jitbiegħed minnek jintilef; * int teqred ’il kull min jinfired minnek. Iżda jiena l-hena tiegħi li nkun qrib Alla; † f’Sidi l-Mulej qegħedt il-kenn tiegħi; * u nxandar l-għemejjel tiegħek kollha.
Glorja.
Ant. 3: Kull min jitbiegħed minnek jintilef; iżda jiena l-hena tiegħi li nkun qrib Alla.