Libbisna bil-qawwa
Ejja fina, Spirtu Qaddis
Ejja u imla l-qlub tagħna
Int il-wegħda li għamlilna Ġesù
U li dejjem tibqa’ magħna.
Ejja fina, Spirtu Qaddis
Ejja u dawwal ir-ruħ tagħna
U mexxina mal-medda taż-żmien
Fid-dawl tiegħek tiggwidana.
Rit:
Libbisna bil-qawwa,
O Spirtu ta’ Ħajja
Flimkien ħaġa waħda, imqanqlin
O Spirtu ta’ Alla l-Ħaj.
Libbisna bil-qawwa,
O Spirtu ta’ Ħajja
Fik ngħixu fl-imħabba, fik biss
O Spirtu ta’ Alla l-Ħaj.
Kebbes fina, Spirtu Qaddis
Nar li jħeġġeġ il-qlub tagħna
Li timliena bil-ħajja mill-ġdid
U fi mħabbtek tiffurmana. Rit:
Żminijiet: Pentekoste
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul