L-uffiċċju tal-qari, illum is-Sibt 18 ta’ Settembru.
Salmodija
Ant. 1: Il-Mulej sejjaħ is-smewwiet u l-art biex jagħmel ħaqq mill-poplu tiegħu.
Salm 49 (50)
(I) It-tjieba skond il-Mulej Jien ma ġejtx biex inwaqqa’ l-Liġi, imma biex inwassalha għall-perfezzjoni. (Mt 5:17)
Tkellem il-Mulej, Alla fuq l-allat, * u sejjaħ l-art. Minn fejn titla’ x-xemx sa fejn tinżel, * minn Sijon, il-ġmiel tagħha, Alla wera d-dija tiegħu. Ġej Alla tagħna, ma jibqax sieket; * quddiemu nar li jeqred, madwaru tempesta qalila.
Hu jsejjaħ is-smewwiet mill-għoli, * u l-art, biex jagħmel ħaqq mill-poplu tiegħu: “Iġimgħu ’l ħbiebi quddiemi, * li għamlu patt miegħi bis-sagrifiċċju.” U jħabbru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu, * għaliex Alla nnifsu jagħmel il-ħaqq.