Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħadd 19 ta’ Settembru.
Salm 117 (118)
(II)
Il-ġnus kollha dawruni; * imma f’isem il-Mulej irbaħthom. Dawruni, minn kull naħa rassewni; * imma f’isem il-Mulej irbaħthom. Bħan-naħal daru miegħi, † bħan-nar tax-xewk madwari jħeġġu; * imma f’isem il-Mulej irbaħthom.
B’saħħithom kollha imbuttawni biex naqa’; * imma l-Mulej tani l-għajnuna. Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej; * hu kien għalija s-salvazzjoni tiegħi.
Għajat ta’ ferħ u rebħ fl-għerejjex tat-tajbin: * il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila! Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugħa, * il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila.
Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix, * u nħabbar l-għemejjel tal-Mulej. Ħaqarni tassew il-Mulej, * imma ma telaqnix għall-mewt.
Glorja.
Ant. 2: Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej, hallelujah.
Ant. 3: Niżżik ħajr, Mulej, talli weġibtni, hallelujah.