Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 4 ta’ Ottubru.
Salm 70 (71)
(I) Il-Mulej il-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti Kunu ferħanin fit-tama tagħkom, kollkom sabar fl-hemm (Rum 12:12)
Fik, Mulej, jien nistkenn; * ma jkolli qatt għax ninfixel. Għall-ġustizzja tiegħek salvani u ħarisni; * agħtini widen u fittex eħlisni.
Kun sur ta’ kenn għalija; † int wegħedt li tiġi dejjem issalvani, * għax blata u fortizza int għalija. Alla tiegħi, ħarisni minn id il-ħażin, * minn id il-qarrieq u l-kiefer.
Għax int, Sidi, it-tama tiegħi; * Mulej, inti l-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti. Fuqek serraħt sa minn twelidi, † sa minn ġuf ommi inti ħadtni; * inti dejjem it-tifħir tiegħi. Ħafna huma li stagħġbu bija, * iżda inti l-kenn qawwi tiegħi.
Mimli fommi b’tifħirek, * u b’sebħek il-jum kollu. Twarrabnix meta nasal għax-xjuħija; * titlaqnix meta tħallini saħħti.
Għax fuqi jitkellmu l-għedewwa tiegħi; * dawk li jonsbuli ħajti flimkien ifesfsu. “Alla nsieh!”, huma jgħidu. * “Għalih! Aqbduh! Ħadd ma jeħilsu.”
O Alla, toqgħodx ’il bogħod minni; * Alla tiegħi, fittex għinni. Ħa jistħu u jinfnew dawk li jixluni; * jimtela biż-żebliħ u l-għajb min iridli d-deni.