
Min-nisel għal nisel il-ħakma tiegħek
L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 31 ta’ Ottubru.
Salm 144 (145)
(II)
Kulma għamilt iroddlok ħajr, Mulej; *
iberkuk il-ħbieb tiegħek kollha.
Is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru, *
fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu,
biex jgħarrfu lill-bnedmin il-qawwa tiegħek, *
u s-sebħ u l-ġmiel tas-saltna tiegħek.
Saltnatek hi saltna għaż-żminijiet kollha, *
min-nisel għal nisel il-ħakma tiegħek.
Glorja.
Ant. 2: Saltnatek, Mulej, hi saltna għaż-żminijiet kollha, hallelujah.
Ant. 3: Twajjeb il-Mulej f’dak kollu li għamel, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/