IC50Yi1pbWFnZXtwb3NpdGlvbjpyZWxhdGl2ZTt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS53cC1ibG9jay1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UuYWxpZ25jZW50ZXJ7bWFyZ2luLWxlZnQ6YXV0bzttYXJnaW4tcmlnaHQ6YXV0b30udGItaW1hZ2UgaW1ne21heC13aWR0aDoxMDAlO2hlaWdodDphdXRvO3dpZHRoOmF1dG87dHJhbnNpdGlvbjp0cmFuc2Zvcm0gMC4yNXMgZWFzZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdle2Rpc3BsYXk6dGFibGV9LnRiLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9uLWZpdC10by1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbntkaXNwbGF5OnRhYmxlLWNhcHRpb247Y2FwdGlvbi1zaWRlOmJvdHRvbX0gLndwLWJsb2NrLWltYWdlLnRiLWltYWdlW2RhdGEtdG9vbHNldC1ibG9ja3MtaW1hZ2U9IjZkZDBkNDUwNTQ3ZDcwZmVlYjVkMGY1N2UyYmNhOWZjIl0geyBtYXgtd2lkdGg6IDEwMCU7IH0gQG1lZGlhIG9ubHkgc2NyZWVuIGFuZCAobWF4LXdpZHRoOiA3ODFweCkgeyAgLnRiLWltYWdle3Bvc2l0aW9uOnJlbGF0aXZlO3RyYW5zaXRpb246dHJhbnNmb3JtIDAuMjVzIGVhc2V9LndwLWJsb2NrLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS5hbGlnbmNlbnRlcnttYXJnaW4tbGVmdDphdXRvO21hcmdpbi1yaWdodDphdXRvfS50Yi1pbWFnZSBpbWd7bWF4LXdpZHRoOjEwMCU7aGVpZ2h0OmF1dG87d2lkdGg6YXV0bzt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS50Yi1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbi1maXQtdG8taW1hZ2V7ZGlzcGxheTp0YWJsZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9ue2Rpc3BsYXk6dGFibGUtY2FwdGlvbjtjYXB0aW9uLXNpZGU6Ym90dG9tfSB9IEBtZWRpYSBvbmx5IHNjcmVlbiBhbmQgKG1heC13aWR0aDogNTk5cHgpIHsgIC50Yi1pbWFnZXtwb3NpdGlvbjpyZWxhdGl2ZTt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS53cC1ibG9jay1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UuYWxpZ25jZW50ZXJ7bWFyZ2luLWxlZnQ6YXV0bzttYXJnaW4tcmlnaHQ6YXV0b30udGItaW1hZ2UgaW1ne21heC13aWR0aDoxMDAlO2hlaWdodDphdXRvO3dpZHRoOmF1dG87dHJhbnNpdGlvbjp0cmFuc2Zvcm0gMC4yNXMgZWFzZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdle2Rpc3BsYXk6dGFibGV9LnRiLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9uLWZpdC10by1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbntkaXNwbGF5OnRhYmxlLWNhcHRpb247Y2FwdGlvbi1zaWRlOmJvdHRvbX0gfSA=
Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum is-Sibt 30 ta’ Ottubru.
Kantiku (Dewt 32:1-12)
Il-ġid ta’ Alla lill-popluKemm-il darba ridt niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles taħt ġwenħajha! (Mt 23:37)
Agħtu widen, smewwiet, għax se nitkellem, *
ħa tisma’ l-art il-kliem ta’ fommi.
Ħa jinżel tagħlimi bħax-xita, *
u kliemi bħal qtar tan-nida,
bħal irxiex fuq raba’ jħaddar, *
bħal bexxa xita fuq il-ħxejjex.
Jien isem il-Mulej se nxandar: *
agħarfu l-kobor ta’ Alla tagħna!
Hu l-blata tagħna, perfett għemilu, *
u ġusti triqatu kollha.
Ta’ kelmtu Alla, u ma jqarraqx; *
hu Alla ġust u sewwa.
Ġiebu ruħhom ħażin miegħu, †
mhumiex iżjed uliedu
minħabba l-għajb tagħhom; *
kollu qerq u tagħwiġ dan in-nisel.
Mela hekk lill-Mulej tafuhulu, *
ja poplu iblah u bla għaqal?
Mhux hu missierek li nisslek, *
li sawrek u għamlek poplu?
Ftakar fil-jiem ta’ dari, *
qis is-snin, iż-żmien li gerbeb;
staqsi lill-missierek u jurik, *
lix-xjuħ tiegħek u jgħidulek.
Meta Alla l-Għoli ta lill-ġnus artijiethom *
u fired il-bnedmin minn xulxin,
qata’ l-limiti tal-art lill-popli *
skond il-għadd ta’ wlied Alla.
Imma sehem il-Mulej hu l-poplu tiegħu, *
Ġakobb il-wirt li messu.
F’art imwarrba mar isibu, *
f’deżert waħxi u bla nies.
Hu qagħad madwaru u għallmu, *
u ħarsu bħal ħbub għajnejh.
Bħalma l-ajkla l-bejta ttajjar *
u tisseqqer fuq il-frieħ tagħha,
hekk huwa l-ġwienaħ firex, *
ħadu u refgħu fuqhom.
il-Mulej waħdu kien il-mexxej tiegħu, *
ma kellux miegħu alla barrani.
Glorja.
Ant. 2: Agħrfu l-kobor ta’ Alla tagħna.
Ant. 3: Kemm hu kbir ismek, Mulej, fl-art kollha!
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/