Mal-art kollha jasal leħinhom

 

Tifħir sbiħ il-jum, illum it-Tnejn 6 ta’ Diċembru.

Salm 18A (19A)

Tifħir il-Mulej fil-ħolqien tiegħu
Alla tagħna mill-għoli ġie jżurna bħax-xemx tiegħla, biex imexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem. (Lq 1:78-79) 

Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, *
għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema.
Jum lill-ieħor jagħti l-aħbar. *
Lejl lill-ieħor iwassal it-tagħrif. 

Ma hemmx aħbar u lanqas kliem, *
ma hemmx leħen li ma jinstemax.
Mal-art kollha jasal leħinhom, *
mad-dinja kollha jinxtered kliemhom. 

Lix-xemx għamlilha għarix fihom; †
u hi, bħal għarus ħiereġ minn kamartu, *
ferħana bħal ġgant għall-ġirja tagħha,
minn tarf is-smewwiet hi toħroġ, †
sat-truf l-oħra d-dawran tagħha; *
xejn ma jinħeba mis-sħana tagħha. 

Glorja.

Ant. 3: Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/