Tifħir sbiħ il-jum, illum it-Tnejn 6 ta’ Diċembru.
Salm 18A (19A)
Tifħir il-Mulej fil-ħolqien tiegħu Alla tagħna mill-għoli ġie jżurna bħax-xemx tiegħla, biex imexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem. (Lq 1:78-79)
Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, * għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema. Jum lill-ieħor jagħti l-aħbar. * Lejl lill-ieħor iwassal it-tagħrif.
Ma hemmx aħbar u lanqas kliem, * ma hemmx leħen li ma jinstemax. Mal-art kollha jasal leħinhom, * mad-dinja kollha jinxtered kliemhom.
Lix-xemx għamlilha għarix fihom; † u hi, bħal għarus ħiereġ minn kamartu, * ferħana bħal ġgant għall-ġirja tagħha, minn tarf is-smewwiet hi toħroġ, † sat-truf l-oħra d-dawran tagħha; * xejn ma jinħeba mis-sħana tagħha.
Glorja.
Ant. 3: Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/