għamel l-għeġubijiet kbar

 

L-uffiċċju tal-qari, illum is-Sibt 22 ta’ Jannar.

Salm 135 (136)

(I) Innu tal-Għid

Meta nfakkru l-għemejjel tal-Mulej inkunu nfahruh. (Kassjanu) 

Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Roddu ħajr lil Alla fuq l-allat, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Roddu ħajr lis-Sid tas-sidien, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 

Hu waħdu għamel l-għeġubijiet kbar, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Hu li għamel is-smewwiet bil-ħsieb, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Li firex l-art fuq l-ilmijiet, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Li għamel id-dwal il-kbar, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Għamel ix-xemx biex taħkem fuq il-jum, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Il-qamar u l-kwiekeb biex jaħkmu fuq il-lejl, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 

Glorja.

Ant. 1: Il-Mulej waħdu jagħmel għeġubijiet kbar: għal dejjem it-tjieba tiegħu.

Ant. 2: Hu ħareġ lil Iżrael minn ġo nofs l-Eġizzjani, b’id qawwija u bi driegħ mifrux.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/