Meta nfakkru l-għemejjel tal-Mulej inkunu nfahruh. (Kassjanu)
Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Roddu ħajr lil Alla fuq l-allat, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Roddu ħajr lis-Sid tas-sidien, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Hu waħdu għamel l-għeġubijiet kbar, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Hu li għamel is-smewwiet bil-ħsieb, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Li firex l-art fuq l-ilmijiet, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Li għamel id-dwal il-kbar, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Għamel ix-xemx biex taħkem fuq il-jum, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. Il-qamar u l-kwiekeb biex jaħkmu fuq il-lejl, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Glorja.
Ant. 1: Il-Mulej waħdu jagħmel għeġubijiet kbar: għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Ant. 2: Hu ħareġ lil Iżrael minn ġo nofs l-Eġizzjani, b’id qawwija u bi driegħ mifrux.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/