
Imxi mal-qaddej
Talb ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 26 ta’ Frar 2022.
Salm 118 (119):121-128
XVI (Għajn)
Jien għamilt il-ħaqq u s-sewwa; *
titlaqnix f’idejn dawk li jaħqruni.
Serraħ ras il-qaddej tiegħek li tridlu l-ġid; *
tħallix li l-kburin jgħakksuni.
Għejew għajnejja jistennew is-salvazzjoni tiegħek, *
u l-wegħda tal-ġustizzja tiegħek.
Imxi mal-qaddej tiegħek skond it-tjieba tiegħek, *
għallimni l-kmandamenti tiegħek.
Qaddej tiegħek jien; agħtini d-dehen, *
biex nagħraf il-preċetti tiegħek.
Issa l-waqt li tindaħal, Mulej, *
għax kisru l-liġi tiegħek.
Għalhekk inħobb il-kmandamenti tiegħek, *
aktar mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin.
Għalhekk jien nimxi dritt fuq il-preċetti tiegħek, *
u nobgħod kull triq qarrieqa.
Glorja.
Ant. 1: Mulej, serraħ ras il-qaddej tiegħek li tridlu l-ġid.
Ant. 2: Ħarsu lejn il-Mulej, u jiddi bil-ferħ wiċċkom.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/