Imxu ta’ wlied id-dawlli intom. Frott id-dawl jinsab f’kulma hu tjieba, f’kulma hu ġustizzja, f’kulma hu sewwa. (Ef 5:8-9)
Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej, * li jitgħaxxaq ħafna bil-kmandamenti tiegħu! Kbar fuq l-art ikunu wliedu; * nisel it-tajbin ikun imbierek. Ġid u għana jkunu f’daru; * għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu.
Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin; * twajjeb u ħanin hu l-bniedem sewwa. Tajjeb il-bniedem li jħenn u jislef, * li jmexxi ħwejġu bir-reqqa.
Għax il-bniedem ġust qatt ma jitfixkel; * għal dejjem tibqa’ t-tifkira tiegħu. Xejn ma jibża’ minn aħbar ħażina; * qalbu qawwija bit-tama fil-Mulej. Qalbu qawwija, m’għandux m’niex jibża’, * sa ma jara mxejjen l-għadu tiegħu. Iqassam u jagħti lill-foqra; † għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu; * rasu merfugħa bil-ġieħ.
Jarah il-ħażin u jinkedd, † jheżheż snienu u jtertaq qalbu. * Imma x-xewqa tal-ħżiena tibqa’ bla temma.
Glorja.
Ant. 2: Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħa.
Ant. 3: Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja kollha tiegħu, iż-żgħar u l-kbar, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/