Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 5 ta’ Mejju 2022.
Salm 118 (119):113-120
XV (Samek) In-nies ta’ żewġt iqlub nobgħodhom; * imma l-liġi tiegħek inħobbha. Inti l-kenn u t-tarka tiegħi; * fil-kelma tiegħek jien nittama.
Tbiegħdu minni, intom nies ħżiena, * biex inħares il-kmandamenti ta’ Alla tiegħi. Żommni skond il-wegħda tiegħek, biex nibqa’ ħaj; * tħallix bla temma t-tama tiegħi.
Għinni int, u jiena nsalva; * u ħsiebi jkun dejjem fil-kmandamenti tiegħek. Int tistmell ’il kull min jitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek, * għax qarrieqa l-fehma tagħhom.
Bħal skart għalik il-ħżiena tal-art; * għalhekk inħobb il-preċetti tiegħek. Jitkexkex ġismi bil-biża’ tiegħek; * mid-digrieti tiegħek nibża’.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/