xtaqha tkun id-dar tiegħu

 


L-għasar, illum il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2022.

Salm 131 (132)

(II) 

Il-Mulej ħalef wegħda lil David, *
u żgur li ma jerġax lura minnha:
“Wieħed min-nisel tiegħek *
jiena nqiegħed fuq it-tron tiegħek. 

Jekk uliedek iħarsu l-patt tiegħi *
u l-preċetti li jien nagħtihom,
uliedhom ukoll għal dejjem *
joqogħdu fuq it-tron tiegħek.” 

Għax il-Mulej għażel ’il Sijon, *
u xtaqha tkun id-dar tiegħu:
Hawn insib il-mistrieħ tiegħi għal dejjem! *
Fiha rrid noqgħod, għax ħabbejtha! 

Bil-barka nimla l-ħażniet tagħha, *
bil-ħobż inxabba’ l-foqra tagħha.
Bis-salvazzjoni nlibbes il-qassisin tagħha, *
bil-ferħ jgħajtu l-ħbieb tagħha. 

Hemm inqajjem qawwa lil David, *
inħejji mnara għas-sultan, il-midluk tiegħu.
Bil-mistħija nlibbes l-għedewwa tiegħu, *
imma fuqu tiddi l-kuruna tiegħu.” 

Glorja.

Ant. 2: Il-Mulej għażel ’il Sijon biex tkun id-dar tiegħu.

Ant. 3: Il-Mulej Alla tah is-setgħa, il-ġieħ u s-saltna, u l-ġnus kollha jaqduh.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/