Il-Mulej ħalef wegħda lil David, * u żgur li ma jerġax lura minnha: “Wieħed min-nisel tiegħek * jiena nqiegħed fuq it-tron tiegħek.
Jekk uliedek iħarsu l-patt tiegħi * u l-preċetti li jien nagħtihom, uliedhom ukoll għal dejjem * joqogħdu fuq it-tron tiegħek.”
Għax il-Mulej għażel ’il Sijon, * u xtaqha tkun id-dar tiegħu: Hawn insib il-mistrieħ tiegħi għal dejjem! * Fiha rrid noqgħod, għax ħabbejtha!
Bil-barka nimla l-ħażniet tagħha, * bil-ħobż inxabba’ l-foqra tagħha. Bis-salvazzjoni nlibbes il-qassisin tagħha, * bil-ferħ jgħajtu l-ħbieb tagħha.
Hemm inqajjem qawwa lil David, * inħejji mnara għas-sultan, il-midluk tiegħu. Bil-mistħija nlibbes l-għedewwa tiegħu, * imma fuqu tiddi l-kuruna tiegħu.”
Glorja.
Ant. 2: Il-Mulej għażel ’il Sijon biex tkun id-dar tiegħu.
Ant. 3: Il-Mulej Alla tah is-setgħa, il-ġieħ u s-saltna, u l-ġnus kollha jaqduh.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/