Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2023.
Salm 118 (119):89-96
XII (Lamed)
Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. (Ġw 13:34)
Għal dejjem, Mulej, il-kelma tiegħek; * hi mwaqqfa fis-sod fis-smewwiet. Minn nisel għal nisel il-fedeltà tiegħek; * fuq l-art waqqaftha, u żammet fis-sod.
B’digriet tiegħek għadhom sħaħ sa llum; * għax kollox hu għall-qadi tiegħek. Li ma sibtx l-hena fil-liġi tiegħek, * kont nintemm fin-niket tiegħi.
Ma ninsa qatt il-preċetti tiegħek, * għax bihom int tagħtini l-ħajja. Tiegħek jien; salvani int! * Jiena nfittex il-preċetti tiegħek.
Jgħassuli l-ħżiena biex jeqirduni; * imma jien ħsiebi fil-preċetti tiegħek. Jien rajt it-tmiem ta’ kulma jgħaddi; * imma bla tarf il-kmandamenti tiegħek.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/