Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2023.
Salm 117 (118)
(I)
Għajjat ta’ ferħ u rebħDin hi l-ġebla mwarrba minnkom il-bennejja, li saret il-ġebla tax-xewka. (Atti 4:11)
Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb, * għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!
Ħa jgħidu wlied Iżrael: * “Għal dejjem it-tjieba tiegħu.” Ħa tgħid dar Aron: * “Għal dejjem it-tjieba tiegħu.” Ħa jgħidu dawk li jibżgħu mill-Mulej: * “Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
Sejjaħt il-Mulej fid-dwejjaq tiegħi; * u l-Mulej weġibni, u ħariġni fil-wisa’. La l-Mulej miegħi, m’għandix għax nibża’; * x’jista’ jagħmilli l-bniedem? Il-Mulej miegħi, hu l-għajnuna tiegħi, * u nħares b’wiċċi minn quddiem lejn l-għedewwa tiegħi.
Aħjar tistkenn fil-Mulej * milli tittama fil-bnedmin. Aħjar tistkenn fil-Mulej * milli tittama fil-kbarat.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/