Alla Missier

Alla missier il-bnedmin kollha
Bħal aħwa ejjew inħobbu lilu,
Huwa biss fuq kulħadd.
Fuq il-ħajja, fuq ix-xemx, fuq il-ħolqien.
Iva, għaliex Alla hu mħabba bla qies.

Kull wieħed minna maħbub minn Alla
Għalhekk aħna ngħixu għal din l-imħabba
Li tgħaqqadna flimkien – ħaġa waħda
Mal-Missier u ma’ xulxin.
Iva, għaliex Alla imħabba bla qies.

Bħal aħwa ningħaqdu b’tama kbira fih.
Nibqgħu f’din il-għaqda
Ngħixu din l-imħabba.
Għaliex hu fuq kulħadd
Fuq il-ħajja, fuq ix-xemx, fuq il-ħolqien.
Iva, għaliex Alla hu mħabba bla qies.

Alla huwa mħabba u libertà
Alla huwa mħabba u verità
Alla huwa mħabba u unità
Aħna rridu ngħixu dan l-ideal
Qatt ma se nħallu dan l-ideal. Qatt.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika