Armonija

Arah fil-bard qalil tal-lejl jistenna
Ifittex post ‘il bogħod
Mid-dlam u l-ksieħ
Kulfejn iħabbat m’hemmx
Ħlief djar mimlija
Il-qalb tal-bniedem qisha nsiet kif tħenn.

Arah għaddej mit-triq bid-dwal imżejna
Presepji u pasturi hemm f’kull dar
Minn ġewwa ħiereġ kant u daqq ferrieħi
‘Ma dawl u daqq għalih ma jfisser xejn.

Rit:
Ma jridx jisma’
L-kant sabiħ tal-anġli
Ma jridx l-istilla ssebbaħ
B’dawlha l-lejl
Irid jgħix
Qalb nies jgħixu f’armonija
Irid isib li qalbek taf tħobb
Irid isib li qalbek taf tħobb.

Il-ksieħ li llum iħoss
Mhux ksieħ ix-xitwa
Id-dlam li hemm madwaru mhux tal-lejl
Il-ksieħ li ġej minn qlub kiesħa rħama
Id-dlam, nuqqas ta’ dawl
Minħabba d-dnub. Rit:

Tibżax, ħallih jistkenn
Mill-bard f’qiegħ qalbek
Kebbislu ħalli jisħon f’qalbek nar
Ħa jiddi sakemm jisboq dawl il-kwiekeb
Mal-bnedmin ħutek għanni paċi fl-art. Rit:


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika