Bħal warda

Nixtieqni kont bħal warda,
Imqiegħda fuq l-artal,
Biex nehda ħdejk, Marija,
U l-fwieħa nroxx madwar.

Rit:
Għax jien irrid inħobbok,
Kif qatt ma ħabbek ħadd,
U qalbi ma’ qalbek norbot,
Biex ma ninfirdu qatt.

Nixtieqni kont bħal kewkba,
Li tteptep hekk sabiħ,
Biex fuq rasek, Marija,
Niġi niddi w nistrieħ. Rit:

Nixtieqni kont bħal sħaba,
Li tiġri f’sema nir,
Biex bħal tapit, Marija,
Quddiemek kont insir. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika