Dal-ħobż u nbid
Dal-ħobż u nbid noffrulek Mulej
B’imħabba u qima minn dawn l-idejn.
U nitolbuk tibdilhom it-tnejn
Fil-ġisem u d-demm ta’ Kristu l-Feddej.
Noffru x-xogħol niket u ferħ,
Noffru ħajjitna lilek Mulej.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju


