Ersqu ‘l hawn

Rit:
Ersqu ’l hawn
Hawn jien la tibżgħux
Tinfixlux jien il-Mulej.
Ġejt biex neħliskom,
Ġejt inħobbkom, ma nwarrabkomx

Nara li mnikktin qegħdin
Li mħawdin u ma tafux ’il fejn mexjin
Liem’ hi dik it-triq
li aħjar kieku taqbdu timxu fiha
Għall-aħjar tagħkom. Rit:

Ħarsu ftit ’l hawn uliedi
Għaliex jiena t-triq li qegħdin tfittxu.
M’hemmx bżonn taħlu ż-żmien fil-ħolm
Jien quddiemkom qisni dawl
Ħa mmexxikom. Rit:

Agħmlu l-kuraġġ ħalli timxu
Għaliex jien miexi magħkom inkun.
Għajnejkom mill-ġdid
Għad jaraw futur ġdid
Ittamaw f’din il-ħajja. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika