F’lejl ta’ Xitwa

F’lejl ta’ xitwa ġewwa Betlem
F’kesħa kbira, f’għar miftuħ
Daħlet Omm u wildet Iben
Qalb il-bhejjem li saħħnuh
Din l-Omm fqajra hi Marija
U Ġesù, dik it-tarbija.

Huwa ġie mis-sema fostna
Ħalla l-kobor, ħalla l-ġid
Għex fil-faqar, fit-tbatija
Ried jinħeba l-aqwa sid
Qalb il-foqra u l-imsejknin
Magħhom kien Ġesù Bambin.

Bħalna beka, bħalna feraħ
Waqt li għex fost il-bnedmin
Mat-triqat fejjaq u għallem
Il-ħabib tal-maħqurin
Ħajtu kollha fit-tiġrib
F’mewtu wkoll fuq is-salib.


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika