Fahhru miegħi lill-Mulej

Rit:
Magnificat,
Magnificat
Ruħi dejjem tgħolli ’l Ismu
Ħarstu jibqa’ jitfa’ fuqna
Faħħru miegħi lill-Mulej.

Imbierek Alla, Missierna
Fi Kristu hu għażilna,
Sa minn qabel il-ħolqien
U wlied qaddisa għamilna. Rit:

Imbierek Alla, Missierna
Bl-Ispirtu tiegħu bniena
F’uliedu Hu għamilna,
Biex lilu nsejħu Missierna. Rit:

Imbierek Alla, Missierna
Kelmtu mqaddsa Hu wasslilna
Li hi Kristu Ibnu Sidna
U fi triqtu din tmexxina. Rit:

Imbierek Alla, Missierna
Li fi Kristu ħnientu wriena.
Tana l-maħfra ta’ dnubietna,
Bħalu aħna nuru Ħniena. Rit:

Imbierek Alla, Missierna
Li fi Kristu tana l-ħajja.
B’Ħobż mis-sema hu jmantnina
Ġisem Kristu mogħti lilna. Rit:

Imbierek Alla, Missierna
Li bi Kristu tana l-Knisja.
Omm ħanina hi għalina
Lejn is-Sema hi tmexxina. Rit:

 

 


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika