Fejn issib l-imħabba

Rit:
Fejn issib l-imħabba u l-għożża,
’l Alla wkoll issib.

Miġburin ilkoll fl-imħabba,
F’Ġesù Sidna,
Qlubna bih jimtlew bil-hena,
Frott il-għaqda;
Jekk tassew inħobbu ’l Alla,
Nibżgħu minnu,
U minn qalbna nħobbu l-aħwa,
Ordni tiegħu. Rit:

Bħalma lkoll flimkien inġbarna,
Ġemgħa waħda,
Hekk inkunu wkoll fil-fehma,
Rabta sħiħa;
Minna nbiegħdu kull ma jista’
Jġib il-firda,
Ħalli jgħammar dejjem fostna,
Kristu Sidna. Rit:

Ibqa’ seddaq l-għaqda tagħna,
Kristu Sidna,
Sa ma niġu ngawdu ’l wiċċek,
Ġewwa l-ġenna;
Hemm ikun mitmum għal kollox
L-hena tagħna;
Bik u fik inkunu f’Alla
Ħaġa waħda. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika