Ġej il-Mulej
Ġej il-Mulej jaħfer ’il-midinba,
Ġej il-Mulej biex jeħles l-imjassrin,
Ġej il-Mulej iħobb ’il-għedewwa,
Ġej il-Mulej iqajjem ’il-mejtin.
Inqumu u ntajru n-ngħas tagħna
Ħa jiddi fuqna l-Feddej
Nistenbħu ħa nistennewh bit-tama,
Nithennew fil-jum tal-Mulej.
Ġej il-ħellies ifejjaq ’il-morda,
Ġej il-ħellies iqawwi lid-dgħajfin,
Ġej il-ħellies ħa jgħolli liċ-ċkejkna,
Ġej il-ħellies iferraħ ’l-imdejqin.
Ġej il-Mulej iħobb ’il-għedewwa,
Ġej il-Mulej iqajjem ’il-mejtin,
Ġej il-ħellies ħa jgħolli liċ-ċkejkna,
Ġej il-ħellies iferraħ ’l-imdejqin.
Żminijiet: Avvent
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul