Il-kewkba tal-Milied
Iftħu qalbkom għall-għanja,
Ta’ dan il-jum sabiħ,
Il-jum li fih tinkesa
Din l-art b’kull sebħ u ġieħ.
Rit:
Fis-sema tal-imħabba,
Miżgħud kollu kewkbiet;
L-isbaħ li tiddi fosthom
Hi l-kewkba tal-Milied.
Ejjew ejjew għal għandi
Qalbi waħda w mxerrkin,
Ilkoll intom uliedu
U aħwa ta’ xulxin. Rit:
Din hija s-sejħa ħelwa
Ta’ Betlem minn ġo skiet
Li qed jagħmel lid-dinja
Dat-tfajjel tas-smewwiet. Rit:
Min jista’ jibqa’ biered
Għal dan il-kliem sabiħ?
Min jista’ qatt quddiemu
Iwebbes qalbu sħiħ? Rit:
Żminijiet: Milied
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: