Il-Mulej hu bħal ragħaj ħanin

Rit:
Il-Mulej hu bħal ragħaj ħanin
Lill-merħla hu jirgħa bil-qalb
Jiġma’ ’l-imxerrda
U jgħożż liċ-ċkejknin
Fih serħanin!

Xandru ’l-ibliet ta’ Ġuda.
Fis wittu t-triq tal-Mulej!
Morru u għajtu minn fuq l-għoljiet
Hawn hu l-Mulej! Hu r-rebbieħ! Rit:

Jiena stess niragħkom
U fija ssibu l-mistrieħ.
Indewwi l-ġrieħi tal-miġruħin
U nsalva lin-nagħaġ mitlufin. Rit:

Għandi ejjew
Jekk l-inkwiet tagħkom hu tqil u kbir
U l-piż tiegħi erfgħu fuq spallejkom
Inserraħkom jien. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika