Imberkin dawk ir-riġlejn

Il-Mulej ħares mis-sema
U lemaħ l-għeżież uliedu
Idejh fetaħ u laqagħhom
Tahom rigal fil-ħajja tagħhom.
Intom li taħdmu għal Alla
Ħallilkom f’idejkom ġawhra
“Ibqgħu żommuha”, hu qalilkom
“Irridkom tiegħi”, Hu stqarrilkom.

Rit:
Imberkin dawk ir-riġlejn
Illi jxandru l-kelma t’Alla
Jissagrifikaw ħajjithom
Iwettqu l-Appostolat. x2

U matul dawn is-snin kollha
It-tagħlim tiegħu xerridtu
U f’dil-ħajja wrejtu s-sewwa
Imħabba, kuraġġ u ħlewwa.
Il-Mulej imliekom b’doni
Biex ixxerrdu l-Evanġelju
Ħabbkom u żgur jibqa’ jħobbkom
U fi mħabbtu jibqa’ jżommkom. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika