In-nisa ta’ Ġerusalemm
O nisa ta’ Ġerusalemm
Li qed titwaħħxu b’dan id-demm
La tibkux lili
Ibku lilkom u ’l uliedkom.
Ftit ieħor u jien ngħaddi ’l hemm
U intom tibqgħu f’wied ta’ hemm.
La tibkux lili
Ibku lilkom u ’l uliedkom.
Jien qed inġorr salib illi mhux tiegħi
Id-dnub li qed inħoll ma twilidx miegħi.
La tibkux lili
Ibku lilkom u ’l uliedkom.
Intom titkexkxu għax taraw id-dmija
Aħjar tistaqsu ta’ min hija l-ħtija.
La tibkux lili
Ibku lilkom u ’l uliedkom.
U la toqtluni
Ma rridx dmugħ anqas kuruni
Aħjar tagħrfuni u tibqgħu tiftakruni.
La tibkux lili
Ibku lilkom u ’l uliedkom.
Jien qiegħed nagħmel dak li jrid Missieri
Nixtieqkom tifhmu naqra x’jiġifieri.
La tibkux lili
Ibku lilkom u ’l uliedkom.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: