Int biss…
Għal darb’oħra hawn jien
Ma għandi ’l ħadd imkien
Lilek ġejt insib, fik biss sibt ħabib
Lilek għandi bżonn
Qribek lili żomm
Jekk kulħadd imur, inti tibqa’ żgur.
Rit:
Int biss… lili tmiss u qalbi tfiq
Int biss… tiġi spiss turini t-triq
Int biss… lili tmiss u ħajti ddur
Int biss… tiġi fis u qalbi tfur
Għal darb’oħra hawn jien
Inħossni tant għajjien
Ħadd ma jgħinni jrid, naf li inti trid
Nibqa’ niġi ħdejk
Inressaq talbi lejk
Bħalek m’hawnx Mulej
Daqsek ħadd u xejn. Rit:
Għax naf li int ħanin
Ma kull min jafda fik
Naf li int lil ħadd qatt
Ma ċħadt li jgħix għalik
Int wgħedt li timla b’ferħ
Tagħti serħ lil min irid
Li jilqgħek f’qalbu llum bħala Sid.
Rit:
Għal darb’oħra hawn jien
Ma għandi ’l ħadd imkien
Lilek ġejt insib, fik biss sibt ħabib
Nibqa’ niġi ħdejk
Inressaq talbi lejk
Bħalek m’hawnx Mulej
Daqsek ħadd u xejn. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: