Int Missier il-ħolqien kollu
Jien niġi hawn quddiemek
Biex ngħanni għanja għalik
Tifħir u qima għanjieti
Radd ta’ ħajr irrid nagħtik.
Int tajtni ħajja mogħnija
Mimlija mħabba għalik
U issa rrid ngħanni
Kull tifħir irrid nagħtik.
Rit:
Int Missier il-ħolqien kollu
Il-Ħaruf t’Alla l-ħaj
Int li qomt minn bejn l-imwiet
Qabar vojt ħallejt fis-skiet
Tajt ħelsien lill-poplu tiegħek
Fl-imħabba magħqudin
U miegħek nimxi rrid
Tul ħajti lejl u nhar.
Żminijiet: Għid
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul