Ir-ragħaj tiegħi hu l-Mulej
Rit:
Ir-Ragħaj tiegħi hu l-Mulej,
Ngħannilu għanja ta’ ferħ.
X’hena nġarrab meta żżurni,
U titmagħni b’dal-ħlewwiet;
Imbagħad lili Int tistieden,
Għal ferħ ikbar fis-smewwiet. Rit:
Meta inti tinżel fija,
Inħossni mimli bl-akbar ġid;
Għaliex fija jkun preżenti,
Tal-bnedmin ir-Ragħaj u s-Sid. Rit:
Nibqa’ ngħanni ħajti kollha,
Il-ħniniet li lejja wrejt:
Għaliex Inti lili midneb,
Fi tjubitek qatt ma nsejt. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Ringrazzjament