Mulej Ġesù int tagħna t-triq

Mulej Ġesù, Int tagħna t-triq,
Għallimna dejjem infittxuk,
Wassalna Int għand il-Missier:
Mulej Ġesù ismagħna.

Mulej Ġesù, is-sewwa Int,
Għarrafna kelmtek nitolbuk,
Kelmtek hi saħħa barka u għerf:
Mulej Ġesù ismagħna.

Mulej Ġesù, tal-ħajja s-Sid,
Li b’ħajja tajtna ġismek,
Agħmel li ngħixu, biss għalik:
Mulej Ġesù ismagħna.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika